2027 KIF U GHALIEX 02

View 2027 KIF U GHALIEX 02 flipbook.

GHALIEX….KIF…..u KURZITAJIET OHRA Skopri Taghrif u Informazzjoni fuq nies bibblici, liturgija, festi u suggetti ohra.

1 1. KONT TAF LI DARBA KIEN HEMM ERBA' PAPIET FL- ISTESS SENA? 2.GHALIEX TRASFIGURAZZJONI TA' GESÙ TIGI CCELEBRATA FIS- 6 TA' AWWISSU? 3.GHALIEX IL-QASSISIN KATTOLICI JILBSU L-KULLAR ABJAD? 4. L-STORJA KATTOLIKA FIL- QOSOR TAL-INBID 5. TIMOTJU: IL-BNIEDEM FIDIL U MEXXEJ LEALI FIL-KNISJA BIKRIJA

2 1.KONT TAF LI DARBA KIEN HEMM ERBA' PAPIET FL-ISTESS SENA? l-1276, il-Knisja Kattolika rat avveniment storiku bla precedent: erba' rgiel differenti poggew fuq it-tron papali b'mod konsekuttiv f'sena kalendarja wahda. Kellna zewg papiet f'sena wahda fl-2025, bil-mewt tal-Papa Frangisku u l-elezzjoni ta' Ljun XIV. Xi nies ghadhom jiftakru l-ahhar darba li kellna tliet papiet f'sena wahda: fl-1978, meta Pawlu VI miet u gie segwit minn Gwanni Pawlu I, li rrenja biss ghal 33 jum qabel mewtu xokkjat id-dinja. Gwanni Pawlu II gie elett ftit wara. Imma erba' papiet f'sena wahda? Hawn l-istorja! Gregorju X, li riforma l-konklavi papali Il-Papa Gregorju X gie elett wara process ta' elezzjoni straordinarjament twil f'Viterbo, l- Italja, li dam mill-1268 sal-1271. Huwa ppubblika l-kostituzzjoni Ubi periculum, li kienet tmexxi l- F

3 elezzjonijiet papali futuri. Il-kardinali kienu maqfula litteralment f'zona specjali tal-palazz papali taht lock and key (cum clave). L-ikel taghhom kien jigi ristrett gradwalment; aktar ma kienu jiehdu hin biex jaghzlu papa gdid aktar kien jigi mnaqqas l-ammont ta’ l-ikel taghhom, u kienu pprojbiti milli jitilqu mill-post sakemm l-elezzjoni tispicca. Wara pontifikat ta' erba' snin, il-Papa miet fit-10 ta' Jannar, 1276, f'Arezzo, l-Italja, u fetah it-triq ghal serje ta' bidliet mghaggla. Imwieled Tedaldo Visconti madwar is-sena 1210 f'Piacenza, Gregorju X kien membru tat-Tielet Ordni Frangiskan u promotur tal- Krucjati. Innocent V, l-ewwel Dominikan Fit-21 ta' Jannar, 1276, jum biss wara li beda l-ewwel konklav taht ir-regoli godda, Pietru ta' Tarentaise ta' Savoia gie elett. Ha l-isem Innocent V. Bhala patri dumnikan, professur fl-Università ta' Parigi, u kollaboratur ta' San Albert il-Kbir u San Tumas ta' Aquino, Innocent V kompla l-isforzi tal-predecessur tieghu biex jippromwovi l-Krucjati u jghaqqad il-

4 Knisja Latina mal-Knisja tal-Lvant. Stabbilixxa wkoll it-tradizzjoni tal-papa li jilbes suttana bajda (il-libsa tad-Dominikani). Wara biss hames xhur bhala mexxej tal-knisja ta’ Kristu miet wara marda qasira (possibbilment malarja) f'Ruma fit-22 ta' Gunju. Kellu madwar 51 sena. Adrijanu V, papa li lanqas ma kien ordnat sacerdot Il-kardinali eleggew lil Ottobono Fieschi ta' Genova fit-11 ta' Lulju, 1276. Diplomatiku maghruf ghall-medjazzjoni tieghu fl- Ingilterra, ghazel l-isem ta’ Papa Adrijanu V. L-unika decizjoni kbira tieghu kienet li jissospendi r-regoli stretti tal-konklavi stabbiliti minn Gregorju X. Madankollu, Adrijanu V miet f'Viterbo fit-18 ta' Awwissu wara biss 38 jum fil-kariga, qabel ma seta' anke jigi ordnat sacerdot. Kien gie maghzul kardinal tliet snin qabel minn zijuh, Innocent IV.

5 Gwanni XXI, tabib Portugiz Fit-8 ta' Settembru 1276, Pedro Julião ta' Lisbona tela' fuq is-siggu bhala Papa Gwanni XXI. Hu jibqa' l-uniku papa Portugiz fl-istorja. Iben spizjzar Gwanni XXI studja l- medicina f'Parigi, Salerno u Palermo. Spiss jigi identifikat bhala l-awtur tat-Thesaurus pauperum (gwida medika ghall- foqra). Gregorju X ghazlu arcisqof ta' Braga, il-Portugall, fl-1272. Matul il-pontifikat tieghu ta' tmien xhur, il-Qaddis Papa ghamilha ta’ medjatur bejn ir-rejiet ta' Franza u Kastilja, iffinanzja universitajiet, u bena librerija fil-palazz papali f'Viterbo. Huwa miet fit-20 ta' Mejju, 1277, minhabba griehi li sofra meta s-saqaf tal-istudju tieghu waqa' fuqu. Kuntest u sinifikat Is-sena tal-erba' papiet kienet aktar minn kurzità storika? Dawn il-pontifikati qosra kienu rizultat ta' cirkostanzi sfortunati — jew forsi provvidenzjali — mhux ta' azzjoni hazina (sa fejn nafu). Madankollu,

6 il-papat bla dubju kien ghaddej minn krizi notevoli dak iz-zmien. Il-Knisja kienet involuta f'kunflitti ma' mexxejja bhal Charles I ta' Sqallija u Rudolf ta' Habsburg. Fl-istess hin, kienet qed tiffaccja problemi ta’ tmexxija kif jidher mill-perjodu ta' tliet snin ta' sede vacante ftit snin qabel. Dan l-episodju storiku kollu bejn l-1268 u l-1276 fl- ahhar kontribwixxa ghall-istabbilizzazzjoni tal- proceduri tal-elezzjoni papali. Il-Papa Nikola III gie elett il-papa li jmiss f'Novembru 1277 war l-mewt ta’ Papa Gwanni XXI. Il-papat tieghu dam sa l-1280 u kien immarkat minn perjodu ta' riformi. Huwa sahhah il-kontroll papali fuq l-Istati Papali u organizza b’mod aktar ahjar ix-xoghol tal- kancellerija papali. Appoggja wkoll l-ordnijiet Dominikani u Frangiskani li kienu ghadhom zghar, u solva kunflitt dwar il-faqar fost il-Frangiskani.

7 2.GHALIEX TRASFIGURAZZJONI TA' GESÙ TIGI CCELEBRATA FIS-6 TA' AWWISSU? ilwaqt li t-trasfigurazzjoni ppreparat lill- appostli ghall-Gimgha l-Kbira, il-festa giet imqieghda fis-6 ta’ Awwissu ghal diversi ragunijiet. Meta l-Evangelji jfakkru l-avveniment tat- trasfigurazzjoni ta' Gesù, dan jitqies bhala "prekursur" ghas-sofferenza, il-mewt u r- risurrezzjoni ta' Gesù. F

8 Xi studjuzi jemmnu li sehhet matul il-Festa Lhudija tat-Tabernakli**, li tispjega ghaliex Pietru kien tant herqan li jibni "tinda" jew "tabernaklu" biex jakkomoda lil Gesù, Mosè u Eljia. Jekk dan hu veru, allura kien ikun matul Settembru jew Ottubru li saret it-trasfigurazzjoni. THEJJIJA GHALL-GIMGHA L-KBIRA Ohrajn jemmnu li t-trasfigurazzjoni saret eqreb lejn il-Gimgha l-Kbira, biex Gesu’ ihejji lill-appostli tieghu ghal dak li kien se jigri wara. San Mattew u San Luqa jpoggu t-trasfigurazzjoni ftit qabel ma Gesù jipprevedi l-mewt u r-risurrezzjoni tieghu u r-Rit Ruman ifakkar it-trasfigurazzjoni fil- bidu tar-Randan biex jenfasizza dan l-avveniment bhala preparazzjoni ghas-sofferenza u l-mewt ta' Gesù. Madankollu, storikament dan l-avveniment bibbliku jigi ccelebrat fit-6 ta' Awwissu ghal diversi ragunijiet, kif irrakkontat mill-Enciklopedija Kattolika. Il-Knisja Latina mxiet bil-mod biex tadotta din il- festa; ma hiex imsemmi qabel l-850 ... giet adottata fil-liturgija madwar is-seklu ghaxar f'hafna djocesijiet, u kienet tigi ccelebrata principalment fit- 6 ta' Awwissu; fi Franza, il-Belgium u l-Ingilterra, fit-

9 27 ta' Lulju; f'Meissen, fit-17 ta' Marzu; f'Halberstadt, fit-3 ta' Settembru, ecc. Fl-1456 Callixtus III estenda l-festa fil-Knisja Universali f'memorja tar-rebha miksuba minn Hunyady f'Belgrad fuq it-Torok, fit-6 ta' Awwissu, 1456. L-Ortodossi tal-Lvant iccelebraw it-trasfigurazzjoni b'mod simili fit-6 ta' Awwissu, billi adottaw l-ewwel data maghrufa li giet inkluza fil-kalendarju tal- Knisja. Simbolikament, is-6 ta' Awwissu tahdem tajjeb peress li tigi qabel il-festa tal-Esaltazzjoni tas-Salib Imqaddes fit-14 ta' Settembru b'40 jum. Bhala rizultat, tghaqqad it-trasfigurazzjoni mas-salib ta' Gesù Kristu u tghinna naraw il-glorja f’darbtejn. It-trasfigurazzjoni jista' li ma kinitx storikament sehhet f'Awwissu, izda l-festa taghha taghmel sens spiritwali fid-dawl tal-festi l-ohra li jdawruha fil- kalendarju liturgiku. NOTA **Il-Festa tat-Tabernakli, maghrufa wkoll bhala l- Festa tal-Kabinetti, tigi ccelebrata ghal sebat ijiem li jibdew fit-15-il jum tax-xahar Ebrajk ta' Tishrei, u normalment tahbat bejn tmiem Settembru u nofs

10 Ottubru. Hija wahda mit-tliet festi ewlenin ta' pellegrinagg fil-Lhudija, flimkien mal-Ghid u Shavuot, (tifkira ta’ meta Alla ta l-ligi tieghu lil Mose’) waqt li l-Izraeliti kienu ordnati jivvjaggaw lejn it-Tempju f'Gerusalemm

11 3.GHALIEX IL-QASSISIN KATTOLICI JILBSU L-KULLAR ABJAD? eda bhala xi haga mill-moda popolari u mbaghad ha tifsira spiritwali aktar profonda. Il-"kullar Ruman," faxxa bajda li ddur madwar ghonq is-sacerdot (jew membri tal-kleru ta' xi kongregazzjonijiet Protestanti), tibqa' wahda mill- aktar elementi distintivi tal-libsa klerikali. Jitkellem B

12 aktar b'sahhtu minn kwalunkwe kliem u jidentifika b'mod car il-membri tal-kleru f'folla ta' kwalunkwe daqs. Madankollu, hija parti mill-ilbies sacerdotali pjuttost stramba. Minn fejn giet? Ma kienx qabel s-sekli 12 u 13 li l-qassisin adottaw is-suttana Rumana bhala bicca hwejjeg distintiva li vizwalment kienet tiddistingwihom mill-lajci. Sa dak iz-zmien il-qassisin kienu generalment indistingwibbli mill-laici. Ftit sekli wara, is-suttana gie rregolat bil- kulur iswed u kien f'dan iz-zmien li l- kullar abjad beda jintuza. Moda tas-seklu 17 F'dak iz-zmien il-moda attwali kienet li wiehed jilbes kullar ta’ l-ghazel fuq il-hwejgu. Skont Matthew Bunson, "Dan sar drawwa accettata, u sal-17-il seklu kien hemm hafna forom ta' dan il-kullar ta’ l-ghazel, bhal, il-varjetà Rumana ornamentata, il-collarino, maghmul minn bizzilla ornamentali u li tiswa’ il-flus, u l-Francizi adottaw il-kullari li jilbsu l-klassi nobbli, ta’ l-ghazel u bizzella fina."

13 Madankollu, il-Papa Urban VIII fl-1624 irregola l- uzu tal-kullar u habbar li kull ornamentazzjoni jew bizzilla kienet ipprojbita. Maz-zmien, gew zviluppati varjazzjonijiet differenti tal-kullar Ruman, u l-Protestanti zviluppaw it- tradizzjonijiet taghhom stess biex jiddistanzjaw ruhhom mill-Knisja. Madankollu, huwa mahsub li ministru Protestant fis-seklu 19 ivvinta l-kullar modern li jista' jitnehha u dan sar popolari aktar mill-Moviment ta' Oxford f'dak iz-zmien. Spiritwalment il-kullar sar rapprezentattiv tal- konsagrazzjoni tal-qassis lil Alla u r-rwol tieghu bhala xi hadd separat mill-bqija ta’ l-umantia’ ghas- servizz sacerdotali. Xi qassisin jarawha bhala simbolu ta’ l-iskjavitu taghhom lejn Alla, u hekk juru lid-dinja min hu l-veru Sid taghhom. Barra minn hekk, peress li hafna qassisin isibuh pjuttost skomdu, il-kullar sar mod kif isir penitenza ta' kuljum lil Alla, u joffri s-sagrificcju ghall-poplu li l-qassis iservi. Il-kullar jibqa' sinjal distintiv tal-prezenza tal-qassis u tan-natura permanenti tal-Ordnijiet Sagri. Il- qassis "mhux tieghu nnifsu" izda huwa sinjal vizibbli ta' Gesù Kristu, prezenti fil-qalba tal-hajja ta'

14 kuljum, lest biex jirrikoncilja l-midneb ma’ Alla u jerga' jgib l-erwieh lura ghand Alla.

15 4. L-STORJA KATTOLIKA FIL- QOSOR TAL-INBID l-Kattolici ma kienux huma li holqu x-xarba ta’ l- imbid. Imma dak li ghamlu biha — liturgikament, teologikament, u fil-kantina ta' elf monasteri — biddilha ghal dejjem. L-inbid huwa aktar antik mill-Kristjanezmu b'eluf ta' snin. L-evidenza tal-produzzjoni tal-inbid fir-regjun tal-Kawkasu tmur lura ghall-inqas 6,000 Q.K. L- Egizzjani antiki, il-Griegi, u r-Rumani kollha kellhom kulturi sofistikati tal-inbid hafna qabel ma I

16 l-ewwel Kristjan gie mghammed. Dak li ghamlet it- tradizzjoni Kattolika bl-inbid huwa storja differenti u aktar interessanti milli l-invenzjoni. Jibda fi zwieg. Kana L-ewwel miraklu fl-Evangelju ta' San Gwann isehh f'festa ta’ zwieg f'Kana ta' Galilea, fejn l-inbid spicca. Marija tinnota u tghid il-problema lil binha. Gesù jghid lill-qaddejja biex jimlew sitt garr tal-gebel bl- ilma — vazetti kbar uzati ghall-purifikazzjoni ritwali, kull wiehed jzomm bejn 20 u 30 gallun — u l-ilma jsir inbid. Meta l-kustodju tal-festa jduqu, isejjah lill- gharus: "Int zammejt l-inbid tajjeb sa issa." Il- miraklu ta’ l-imbid f'Kana, jistabbilixxi mill-bidu r- relazzjoni Kristjana max-xarba ta’ l-imbid. Imbaghad, fil-lejl qabel mewtu, Gesù jiehu kalci bl- inbid, irodd hajr lil Alla u jghid: "Dan hu d-demmi tal-patt il-gdid, li jinxtered ghal hafna." Minn dak il- mument, l-inbid ma baqghax prodott kulturali jew xorb. Fit-taghlim Kattoliku, hija materja ta’ att centrali ta’ qima Kristjana. Minghajr inbid, m'hemmx Quddiesa.

17 Il-kantina monastika Din il-htiega liturgika kellha konsegwenzi prattici li ffurmaw l-istorja tal-agrikoltura Ewropea. Kull fejn il-Kristjanezmu xtered, il-vitikultura segwiet — mhux biss ghax l-inbid kien mehtieg ghall- Ewkaristija, izda ghax il-komunitajiet monastici mxew bis-serjetà fuq il-hidma ta’ l-ordni Benedittina, li l-patrijiet ghandhom jiksbu l-ghexien taghhom bil-hidma ta' idejhom. Il-vitikultura kienet tehtieg taghrif akkumulat matul generazzjonijiet, attenzjoni bir-reqqa ghall-hamrija u l-klima, u pacenzja mkejla fi snin. Il-monasteri pprovdew il-kundizzjonijiet perfetti taht liema dak it-taghrif seta' jigi zviluppat u ppreservat: stabbiltà, taghlim, art, u zmien. Mill-12-il seklu 'l quddiem, il-monasteri Benedittini u Cistercensi madwar Franza saru kustodji tal- gharfien tal-inbid tal-era Rumana f'zmien meta l- gwerer kienu qed jeqirdu hafna mill-Ewropa. Ic- Cistercensi f'Burgundy bdew l-istudju sistematiku tar-relazzjoni bejn l-art, il-klima, u l-kwalità tal- gheneb li eventwalment holoq il-kuncett tat-terroir— li issa huwa fundamentali ghall-fehim tal-inbid tajjeb. Il-Clos de Vougeot, ghelieqi fil-Burgundy

18 mghottija b'hitan ghadhom jipproducu whud mill- aktar Pinot Noir mitluba fid-dinja. Dawn l-ghelieqi tad-dwieli huma xoghol ic-Cistercensi fis-seklu 12. San Martin ta' Tours — is-suldat Ruman tas-seklu 4 li sar isqof — ghadu meqjus bhala l-missier spiritwali tal-inbid Franciz, maghruf li xerred il-vitikultura fil- Wied tal-Loire u lil hinn minnha. Il-monasteru tieghu f'Marmoutier sar wiehed mill-aktar centri importanti ghall-produzzjoni tal-inbid fil-Franza medjevali bikrija. Kantina ta’ l-imbid

19 Dom Pérignon L-istorja tasal fl-aktar episodju famuz fil-kantina ta’ l-Abbazija ta’ Hautvillers fl-gholjiet ta’ Epernay fir- regjun ta’ Champagne fil-grigal ta’ Franza. Fis-sena 1668 patri Benedittin jismu Pierre Perignon wasal gewwa l-Abbazija bhala l-imghallem tal-kantina responsabbli mill-produzzjoni ta’ l-imbid. Dak iz- zmien ir-regjun kien jipproduci imbejjed ta’ kwalita’ baxxa u l-qorti Franciza kienet tippreferi l-imbejjed homor qawwija ta’ Burdundy u Bordeaux. Dom Perignon habbat wiccu ma’ hafna problemi fosthom kif jaghmel l-imbid abjad car ta’ kwaita kostanti u kif jikkontrolla l-fermentazzjoni sekondarja li kienet qed tikkawza li l-fliexken fil- kantina jinfaqghu. Studja u esperimenta sakemm fl- ahhar sab soluzzjoni billi jhallat tahlita ta’ gheneb minn ghelieqi differenti biex jarmonizza l-kwalita taghhom u ghamel uzu minn tappijiet tas-sufra mportati minn Spanja biex jikkontrollaw il-pressjoni tal-inbid spumanti minghajr ma jkissru l-flixkun Dak li hu cert hu li Dom Pérignon ma kienx l- inventur dirett tal-Champagne kif nafuha llum, izda li ghamilha possibbli, billi stabbilixxa l-metodi ta'

20 tahlita u fermentazzjoni li taw lir-regjun tal- Champagne ir-reputazzjoni tieghu. Wara l-kantina Ir-Rivoluzzjoni Franciza qerdet il-maggoranza tal- monasteri li kienu l-vettura ta' din it-tradizzjoni, u l- ghelieqi tal-inbid ghaddew f'idejn is-sekulari — filwaqt li zammew l-gharfien vitikulturali li l-patrijirt qattghu sekli jizviluppaw Il-verzjoni Taljana ta' din l-istorja tghaddi minn Franciacorta, ir-regjun tal-inbid spumanti fin- nofsinhar tal-punent ta' Milan li l-isem tieghu — franca corta, jew qorti minghajr taxxa — jirreferi

21 ghall-monasteri Cluniac stabbiliti hemmhekk fis- seklu 11. L-aqwa Franciacorta llum ghadha tigi prodotta mill-komunitajiet monastici, inkluzi l- Fratelli Serviti fil-Kunvent ta' Annunciata f'Rovato. L-inbid jibqa', fit-tradizzjoni Kattolika, aktar minn xorb — il-materja tas-sagrament, ir-rigal li nghata ghall-ewwel darba f'zwieg, id-demm li jinxtered fl- Ahhar Cena. Il-patrijiet li qattghu sekli jtejbu l- produzzjoni tieghu ma kinux principalment interessati li jaghmlu prodott ta' lussu. Kienu qed izommu l-attenzjoni li l-affarijiet sagri jisthoqqilhom, xi haga li kienu jifhmu li kienet qaddisa. Li r-rizultati kienu fost l-aqwa inbejjed fl- istorja tac-civiltà umana, mhix koincidenza.

22 5. TIMOTJU: IL-BNIEDEM FIDIL U MEXXEJ LEALI FIL-KNISJA BIKRIJA -isem ta' Timotju jidher f'l-Atti ta’ l-Appostli u fl-ittri bhala wiehed mill-aktar shab fdati ta' Pawlu, bniedem ta' umiltà, perseveranza, u devozzjoni genwina lejn Kristu fl-ewwel zminijiet bikrija tal- Knisja (Atti 16:1– 3; Filippi 2:19–22). L-istorja tieghu turi kif il-grazzja tigbor dixxiplu zaghzugh bi sfond imhallat, tiffurmah permezz tal- Iskrittura u l-gwida, u tistabbilixxieh bhala mudell ghal duttrina soda u fedeltà pastorali taht pressjoni (2 Timotju 1:5; 1 Timotju 4:12–13;). L

23 Ghalkemm zghir, kultant indeciz, u jaf id-dghufija fizika, Timotju mexa triq dritta ghax il-Mulej li jsejjah jipprovdi wkoll sahha u grazzja. L-appostlu seta' jibghatu f'knejjes difficli, japprezzah minghajr rizerva, u jordnah biex ihares l-Evangelju u jmexxi lin-nies ta' Alla, kunfidenti li l-istess Ispirtu li jaghti s-setgha lill-knisja kien se jsahhah lil dan il-qaddej ghal kull xoghol tajjeb (Filippi 2:20–22; 2 Timotju 1:6–7, 2 Timotju 3:16–17). Luqa jiddeskrivi fil-kitba tieghu ta’ l-Atti ta’ l- Appostli li Timotju kien iben omm Lhudija li kienet temmen u missier griek, sitwazzjoni li poggiet lil Timotju bejn l-Iskrittura Lhudija u l-kultura tal- gentili. (Att 16: 1) Timotju jispikka fil-Bibbja bhala dawl ta' fidi u dedikazzjoni. Imharreg minn ommu devota Ewnice u n-nanna Lois, huwa haddan l-Iskrittura minn età zghira. Omm Timotju, Ewnice, kienet Lhudija; missieru kien Grieg. In-nanna tieghu Lois kellha wkoll influwenza profonda fuqu. Minn meta kien zghir, ghallmuh l-Iskrittura (2 Timotju 1:5). Din l- edukazzjoni bikrija stabbiliet il-fidi tieghu b'mod profond. Matul l-ewwel vjagg missjunarju ta' Pawlu lejn Lystra madwar is-sena 50 W.K., Pawlu iltaqa

24 ma’Timotju (Atti 16:1 ). U rega' ltaqa' ma' Pawlu matul it-tieni vjagg tieghu. F'dak iz-zmien, Pawlu kien fil-qrib mieghu jiggwidah. Pawlu ra potenzjal kbir f'Timotju. Sar sieheb u kollega ta' fiducja. Permezz tal-gwida ta' Pawlu, Timotju kiber f'evangelista u mexxej dedikat fil- komunità tal-knisja bikrija (Filippi 2:19-22 ). B'mod generali, dawn ir-relazzjonijiet ffurmaw profondament il-vjagg tal-fidi ta' Timotju. Timotju nghaqad ma' Pawlu matul it-tieni vjagg missjunarju tieghu. Kien minn Lystra, b'omm Lhudija u missier Grieg. "Pawlu ried li jkompli mieghu". Timotju ivvjagga hafna ma' Pawlu. Zaru bliet bhal Troas, Filippi, u Korintu. Sahhah il-fidi tal-fidili u qasam il-messagg tal-Evangelju. Sahansitra ghen fit- twaqqif ta’ knisja gewwa Troas. Timotju kellu sfidi izda baqa' leali. Anke darba safa’ prigunier minhabba l-fidi tieghu. 23Ngharrafkom li huna Timotju gie mehlus. Jekk ikun hawn fil-hin, ikun mieghi meta narakom. (Ittra lill-Lhud Kap 13) Timotju bhala Isqof ta' Efesu Timotju serva bhala l-isqof ta' Efesu, u ha rwol ta' tmexxija krucjali fil-knisja Kristjana bikrija. Ittri ta'

25 Pawlu lil Timotju joffru taghrif prezzjuz dwar ir- responsabbiltajiet u l-isfidi tieghu. Timotju kellu diversi sfidi sinifikanti waqt li kien qed imexxi l-knisja f'Efesu: Kunflitt u Divizjoni: Il-knisja kienet affettwata minn kunflitti interni. Timotju kellu jahdem iebes biex izomm l-unità. Taghlim Falz: Kellu wkoll jehodha t-taghlim falz li kien jhedded id-duttrina soda. L-ewwel ittra ta' Pawlu lil Timotju tghid, “3Ibqa’ f’Efesu, bhalma wissejtek jien u sejjer lejn il- Macedonja, biex tordna lil xi whud halli ma jghallmux taghlim iehor, 4u anqas ma jigru wara hrejjef u genealogiji li ma jispiccaw qatt, hwejjeg li aktar iqanqlu l-kurzità milli jghinu ghall-pjan ta’ Alla li jsehh bil-fidi."(1 Timotju versi 3-4) Fl-97 W.K., Timotju miet bhala martri waqt li kien qed jopponi l-idolatrja waqt festa pagana. L-impenn tieghu ispira hafna biex jemmnu. L-Atti ta' Timotju jghidu li sawtuh bil-bsaten ghax kien qed jippredika kontra l-qima tal-idoli u miet ftit wara (Atti ta' Timotju). Il-wirt tieghu jibqa' ghaddej permezz tal-fidi u d-dedikazzjoni soda tieghu.

26 Timotju huwa onorat fit-26 ta' Jannar minn diversi denominazzjonijiet, inkluz il-Knisja ta' l-Ingilterra u l-Knisja Episkopali. Timotju gie midfun f'Efesu, probabbilment f'Pion. Fis-seklu 4, ir-relikwi tieghu gew trasferiti ghal Kostantinopli. Dawn gew imqieghda vicin il-qabar ta' Sant’ Andrija u San Luqa. Wara, matul il-krucjati, kienu ttiehdu l-Italja fejn ghadhom hemm. Il-fdalijiet qaddisa tieghu jinsabu fil-Katidral ta’ Termoli.

27